Lokali

“Tas-Super One 2 ma tgħallmu xejn mis-sentenza tal-Qorti” – PN

Tas-Super One 2 ma tgħallmu xejn mis-sentenza tal-Qorti.

Fl-aħħar jumejn, l-Awtorità tax-Xandir reġgħet sabet lil dak li suppost hu x-Xandir Pubbliku ħati tliet darbiet ta’ rappurtaġġ parzjali u favur il-Gvern ta’ Robert Abela.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li Robert Abela, għax dgħajjef u dahru mal-ħajt, qed juża’ dak li suppost hu x-Xandir Pubbliku biex jipprova jgħatti l-ħniżrijiet li qed jagħmlu hu u sħabu.

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jieħu kull pass meħtieġ sakemm il-PBS ma jibqax Super One 2 u jsir verament Xandir Pubbliku.