Lokali

AĠĠORNATA: Ambulanza minn Mater Dei imsejħa f’Ħal Qormi wara inċident fi Triq il-Mitħna

Sewwieq ta’ mutur ingħata assistenza medika wara inċident li seħħ illum għall-ħabta tas-1:30pm.

L-inċident seħħ fi Triq il-Mitħna, f’Ħal Qormi, biswit ir-round about bejn trakk u mutur.

Kelliem għall-Pulizija qal li t-trakk kien wieqaf fit-traffiku meta għal xi raġuni jew oħra l-mutur intlaqat. Il-mutur kien misjuq minn żagħżugħ barrani ta’ 26 sena u li huwa residenti Birkirkara.

Ftit tal-ħin wara, ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhix magħrufa.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.