Lokali

Anzjan iweġġa’ wara li nqaleb bil-karozza fiż-Żebbuġ Għawdex

Anzjan ta’ 69 sena weġġa’ wara li kien involut f’inċident li seħħ fi Triq il-Knisja Żebbuġ Għawdex fis-1.30pm.

Għal xi raġuni li għadha mhux magħrufa, ir-raġel kien qed isuq karozza fejn f’ħin minnhom laqat ħajt bil-konsegwenza li l-vettura spiċċat inqelbet. Apparti s-sewwieq, fil-karozza kien hemm mara ta’ 68 sena kif ukoll żewġt itfal ta’ 4 u 6 snin, kollha residenti ż-Żebbuġ.

Immedjatament fuq il-post waslu l-Pulizija, membri tal-protezzjoni ċivili kif ukoll tim mediku sabiex jassisti lill-vittmi. L-anzjana u ż-żewġt itfal irnexxielhom joħorġu mill-karozza waħedhom iżda r-raġel kellu jinħareġ mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Aktar tard huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura fejn sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa. Jidher li t-tliet persuni l-oħra ma sofrew ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.