Lokali

BIL-FILMAT: Evakwat il-fast ferry wara li dehru dħaħen kbar

Minn informazzjoni li għadha kemm waslitilna jidher li l-passiġġieri li kienu fuq il-fast ferry ġew evakwati wara li dehru dħaħen kbar qabel ma daħal fil-port tal-Imġarr.

Filfatt filmati li waslu għandu Net News juru li eżatt mal-wasla tal-fast ferry kien hemm numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar jistennew l-Imġarr, kif ukoll ambulanza u patrol boat tal-AFM.

Il-vjaġġ kien minn Malta għall-porta tal-Imġarr u wasal Għawdex għall-ħabta tal-4.50pm.

Segwi l-filmat hawn:

https://youtube.com/shorts/z3S8IP01c3I

https://www.youtube.com/shorts/8KZj2cmZi2s