Sport Sport Ieħor

Futsal: St. George’s jirbħu ċ-Challenger League u l-ewwel unur kemm ilhom imwqqfa

St. George’s kisbu l-ewwel unur tagħhom kemm ilhom imwaqqfin meta fil-finali tal-Enemed Futsal Challenger League għelbu lil Żurrieq ta’ 6-2.

L-ewwel taqsima kienet ferm bilanċjata b’St George’s dejjem minn iżda b’Żurrieq li dejjem ġabu l-iskor indaqs.  

Minkejja kollox, il-Bormliżi tjiebu fit-tieni taqsima u skorjaw erba’ gowls oħra li eventwalment iddeċidew ix-xorti ta’ din il-logħba.  

Kien Claudio Venuto li poġġa lil St George’s minn fuq sabiex David Ferreira de Almeida li ġab l-iskor indaqs għal Żurrieq.  

Wallace Oliveira reġa’ poġġa lit-tim mill-Kottonera fil-vantaġġ għalkemm Jose Mario Mendes Fernandes għamilhom 2-2, skor li bih intemmet l-ewwel taqsima.  

St George’s kellhom it-tieni taqsima perfetta fejn ħadu għal kollox lil Żurrieq  u skorjaw erba’ gowls mingħajr risposta. Jovica Milijic skorja doppjetta u Wallace Oliveira żied gowl ieħor mal-kont tiegħu qabel ma’ Karl Luke Schembri ssiġġilla r-rebħa finali għat-tim tiegħu fost il-ferħ tal-partitarji numerużi Bormliżi li ġew bi ħġarhom jagħtu s-sapport lit-tim tagħhom. 

Fi tmiem il-konfront il-president tal-FMA Mark Borg ippreżenta t-tazza lill-goalkeeper u captain ta’ St George’s Futsal Ishmael Buhagiar.  

Referees: Stephen Vella, Andrea Naudi, Pierre Bonnici , Danilo Francalanza. 

Time-keeper: Jonathan Balzan.