Lokali

Id-difiża tal-iskandli Laburisti tmur kontra l-interessi taċ-ċittadini – PN

Kull darba li jinkixef skandlu ieħor tal-Grupp Parlamentari Laburista u l-kompliċi tagħhom, il-Labour jara kif jagħmel biex iwaħħal f’ħaddieħor. Din id-darba, fetaħ il-kanuni fuq il-Parlament Ewropew.

Minflok ma jara kif l-MEPs tiegħu baqgħu jiddefendu lil Rosianne Cutajar u d-deal frawdolenti tal-bejgħ tal-isptarijiet, il-Labour ta’ Robert Abela spiċċa moħħu f’dak li qed jiġri fil-Greċja.

Il-verità hi waħda: isem Malta ġie u għadu jiġi mkasbar biss mil-Labour. Minn nies bħal Joseph Muscat, Robert Abela, Rosianne Cutajar, Yorgen Fenech u l-kompliċi tagħhom. Minn min qatel lil Daphne Caruana Galizia. Minn min tħanżer.

Filwaqt li Robert Abela qed jibqa’ jagħżel li jiddefendi lil Rosianne Cutajar, il-poplu Malti u Għawdxi jista’ jserraħ rasu li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ jiddefendi l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin.