Knisja

Il-Papa Franġisku jqatta’ l-ewwel lejl fl-Isptar Gemelli f’Ruma

Lejl trankwill għall-Papa Franġisku wara l-ewwel lejl tiegħu fl-Isptar Gemelli f’Ruma. Dan wara li l-Erbgħa l-Papa nżamm taħt osservazzjoni wara li attenda għal appuntament fl-isptar stess.

Il-media Taljana kkomfermat li huwa nżamm l-isptar wara problemi fin-nifs. Huwa mistenni li se jinżamm l-isptar għal ftit jiem flimkien mal-bqija tal-istaff u t-tim tas-sigurtà tiegħu. Barra minn hekk, fil-Vatikan qed isiru l-pjanijiet għal waqt il-Ġimgħa Mqaddsa f’każ li l-Papa Franġisku jkun għadu lisptar għall-kura.

Dan huwa l-aktar żmien impenjattiv għall-Papa Franġisku iżda, minn naħa tagħhom l-infermiera li qed jieħdu ħsieb lill-Papa Franġisku jinsabu ottimisti ħafna li se jkun preżenti għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Ħadd il-Palm.

Fi stqarrija uffiċjali, il-Papa Franġisku rringrazzja lil dawk kollha li bagħtulu messaġġ f’dan il-mument filwaqt li jinsab grat li hawn bosta nies li qed iżommuh fit-talb tagħhom.

Fl-aħħar xhur Papa Franġisku, li illum għandu 86 sena, kemm-il darba indika l-possibilità li jieħu l-pass li ħa Papa Benedittu XVI, jiġifieri jieħu pass lura mill-pożizzjoni tiegħu. Dan la darba jara li s-saħħa tiegħu tibda tmur lura ħafna.