Permezz ta’ stqarrija Doctors for Life qal li s-sondaġġ li sar riċenti minn Esprimi kellu jkollu kliem aktar preċiż biex ma joffrix misinformazzjoni.
It-tobba favur il-ħajja qalu li d-domanda “Taqbel mal-abort jekk il-ħajja tal-omm tkun f’riskju” hija domanda li titfa’ dubju u tagħti xejra li l-abort huwa neċessarju biex issalva ħajjet l-omm.
It-tobba qalu li hawn għandna nistaqsu jekk l-abort hux meħtieġ biex l-omm issalva.
L-istqarrija qalet li l-abort, kif inhu mifhum komunement, huwa intervent li għandu l-intenzjoni ttemm direttament il-ħajja tat-tarbija, l-embriju jew tal-fetu li qed jiżviluppa.
L-istqarrija qalet li fl-isptarijiet Maltin ilna għexieren ta’ snin insalvaw ħajjet l-ommijiet u jsiru l-interventi meħtieġa. It-tobba qalu li huma ma jirrikorrux għall-abort biex dan isir, u m’hemm l-ebda ċirkostanza meta dan huwa meħtieġ. L-intenzjoni hija li jkunu salvati l-ħajjiet u mhux li neħduha.
Intqal li jekk il-mara għandha tqala ektopika, il-fetu inevitabbilment se jmut u l-interventi kollha biex issalva l-ħajja tal-omm huma diġà mwettqa f’Malta.
//= $special ?>