Lokali

Jgħid li Malta ħielsa, iżda ma jgħidx li mhux ħielsa mill-korruzzjoni u l-iskandli

F’diskors li twassal lejlet Jum il-Ħelsien il-Prim Ministru fakkar li hu Gvern Soċjalista, iżda fl-aħħar 10 snin rajna żieda fil-persuni f’riskju ta’ faqar, b’dan l-ammont issa jleħħaq id-90,000 persuna. Filwaqt li tenna li jeħtieġ li jkun hemm l-umiltà, il-Prim Ministru ma lissen l-ebda referenza għall-aħħar skandlu li tfassal minn Deputat Laburista, eks Segretarju Parlamentari.

Robert Abela ma qal xejn dwar l-iskandlu Rosianne Cutajar u ċ-chats li kellha ma’ Yorgen Fenech. F’dawn iċ-chats sar magħruf fost diversi affarijiet oħra li Rosianne Cutajar kienet infurmat lil Yorgen Fenech li kienet se tagħmel bħal ħaddieħor u tieħu job bħala konsulent fl-ITS għaliex kulħadd kien qiegħed jitħanżer. B’Rosianne Cutajar daħħlet fil-but mal-€81,000 minn job part time li kellha mal-ITS.

Fl-istess nifs dwar l-umiltà, Abela qal li l-Partit Laburista fetaħ il-bieb għall-opportunità biex kulħadd ikun indaqs, l-istess, stqarrija mill-PM fid-dawl ta’ eluf ħerġin lil dawk l-aktar tal-qalba.

Fid-diskors tiegħu Abela ma qalx kif se jġib lura li l-Gvern Laburista ta lil Vitals u Steward iżda qal li se jibni sptar ġdid f’Għawdex, xi ħaġa li kellhom jagħmlu l-istess nies li l-Gvern Laburista ta għal ewro lill-barranin u li fl-aħħar snin komplejna ntuhom il-miljuni.

Fid-diskors li kien partiġġjan għall-aħħar, bil-kelma “ħaddieħor” u “għalihom” intqalet numru ta’ drabi b’referenza għall-PN, Abela tenna li l-moviment Laburista għandu l-enerġija li jwettaq, u sostna li l-Partit Laburista se jibqa’ joħlom.