Futbol Sport

John Buttigieg maħtur kordinatur tal-Football Hubs fi ħdan il-Malta FA

Waqt laqgħa dal-Bord Eżekuttiv, Il-Malta FA, ħabbret li l-eks Kowċ tat-tim Nazzjonali Malti John Buttigieg mela l-post vakanti li ħalla Silvio Vella bħala kordinatur tal-Football Hubs immexxija mill-Fondazzjoni Inħobb il-Futbol. Dan huwa wieħed mill-pilastri tekniċi ewlenin tal-istrateġija tal-Assoċjazzjoni u huwa għalhekk li l-Assoċjazzjoni għażlet li tpoġġi wieħed mill-aqwa esponenti tal-futbol Malti fil-qalba tal-proġett tekniku tagħha, il-livell tal-grasroots.

Butttigieg qatta’ l-biċċa l-kbira tal-karriera tiegħu jilgħab ma’ Floriana , uwara kellu esperjenzi oħra ma’ Sliema Wanderers u Valletta. Huwa lagħab ukoll fl-Ingilterra ma’ Brentford u Swindon Town lejn l-aħħar tas-snin 80, u l-bidu tas-snin 90. Buttigieg lagħab 97 darba mat-tim Nazzjonali Malti u skorja gowl wieħed.

Bħala kowċ, John Buttigieg beda l-karriera tiegħu ma’ Birkirkara , u wara okkupa l-kariga ta’ kowċ Nazzjonali ta’ Malta bejn l-2009 u l-2011. John Buttigieg kellu perjodi oħra bħala kowċ ta’ Sliema Wanderers FC, Birkirkara FC u Floriana FC.