Lokali Qorti

Konferemata sentenza ta’ ħames snin ħabs fuq serq minn anzjani

Il-Qorti tal-Appell Kriminali preseduta mill-Imħallef Edwina Grima kkonfermat sentenza tal-Qorti tal-Maġistrat fil-konfront ta’ Brandon Luke Meilaq ta’ 36 sena minn Ħaż-Żabbar dik ta’ ħames snin ħabs wara li kkommetta serqa fuq żewġ anzjani s-sena l-oħra.

Meilaq kien irreġistrat ammissjoni fl-Ewwel Qorti, f’Mejju li għadda, dik li f’żewġ okkażjonijiet separati, wettaq serqiet minn fuq anzjana ta’ 74 sena, u anzjana oħra ta’ 78 sena. Is-serq kien wieġed vjolenti tant li waħda mill-vittmi ġiet mhedda b’ħajjtiha kieku kienet se tgħajjat għall-ajjut waqt il-kommissjoni tar-reat.

Huwa kien ammetta li seraq flus kontanti fuq l-anzjana ta’ 74 sena u li qabad u daħal f’karozza misjuqa minn l-anzjana l-oħra. Id-delitt seħħ għall-ħabta tal-5pm tal-14 ta’ Jannar f’Ħaż-Żabbar. Meilaq, kien ammetta wkoll li weġġa’ ħafif lill-anzjan vittma. Is-serqa oħra kienet seħħet fil-11 ta’ Jannar f’Ħaż-Żabbar. Waqt dak l-inċident insterqu €70 minn Hyundai pparkjata.

Wara li kien ammetta s-serq u li sar reċidiv, kien ġie kundannat ħames snin ħabs u korndat iħallas lill-anzjani, waħda minnhom €25 u oħra €207. Huwa appella mis-sentenza bit-tama li tonqoslu l-piena ta’ ħames snin ħabs u talab li waqt li tikkonferma l-ħtija tvarja s-sentenza u tagħtih waħda aktar ġusta.

Il-Qorti tal-Appell qalet li kienet nnotat li ħallas lill-anzjani lura. Innotat ukoll li l-Ewwel Qorti ħadet kollox f’konsiderazzjoni qabel ma tat is-sentenza tagħha, fost oħrajn kienet qieset l-ammissjoni bikrija tiegħu u li kkopera mal-pulizija.

Il-Qorti tal-Appell bħall-Ewwel Qorti qalet li ma tistax tinjora r-rakkomdazzjoni tal-Uffiċjal tal-Probation li r-reat kien wieħed serju meta wieġħed iqis li l-vittmi huma anzjani vulnerabbli. Fir-rapport tiegħu kien qal li l-akkużat mhux jgħix ħajja stabbli u hemm riskju li jerġa jirrikorri għall-kriminalità minħabba l-vizzju tad-droga.

Il-Qorti qieset ukoll li l-piena li ngħata kienet fil-parametri tal-liġi u tqarreb aktar lejn il-minimu. L-Imħallef Grima qalet ukoll li filwaqt li tirrikonoxxi li kkumpensa lill-vittmi, dan ma jistax iwassal għal tnaqqis fis-sentenza anke minħabba l-fatt li hu kien ingħata diversi opportunitajiet sabiex jirriforma ħajtu.

Innotat bir-reqqa kif Meilaq għadu jabbuża bid-droga u jgħix bl-għajnuna soċjali u bl-għajnuna li tagħtih ommu. Meta qoeset kollox il-Qorti tal-Appell Kriminali, kkonfermatlu s-sentenza ta’ ħames snin ħabs u rrevokat l-parti li jrid iħallas lill-vittmi peress li diġà tħallsu. Il-Qorti rrakkomandat lid-Direttur tal-Ħabs biex jagħtih l-għajnuna meħtieġa sabiex jegħleb il-vizzju tad-droga. L-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u Kurt Farrugia mexxew il-prosekuzzjoni.