Għaddiet aktar minn ġimgħa minn meta ġew żvelati ċ-ċhats bejn Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech – ġimgħa ta’ skumdita fost l-esponenti tal-Labour, ġimgħa ta’ nuqqas ta’ azzjoni fil-konfront tad-Deputat Laburista, bl-unika deċiżjoni li tittieħed hija dik li ma jiddeċidux.
Il-Ħamis filgħodu l-media ġiet imsejħa fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fejn f’konferenza tal-aħbarjiet il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo, flimkien mad-Deputat Glenn Bedingfield naqsu milli jgħidulna jekk ġiex investigat il-kuntratt tal-ITS li ingħata lil Rosianne Cutajar…. bil-Ministru responsabbli mill-ITS Clayton, Bartolo, jitfa’ r-responsabbiltà fuq l-NAO.
F’dawn iċ-chats sar magħruf fost diversi affarijiet oħra li Rosianne Cutajar kienet infurmat lil Yorgen Fenech li kienet se tagħmel bħal ħaddieħor…u tieħu job bħala konsulent fl-ITS għaliex kulħadd kien qiegħed jitħanżer. B’Rosianne Cutajar daħħlet fil-but mal-€81,000 minn job part time li kellha mal-ITS.
Saqsejna lill-Ministru responsabbli mill-ITS jekk għandux fiduċja fi Pierre Fenech, il-persuna li allegatament ta dan il-kuntratt lil Cutajar, bi Clayton Bartolo skomdu ….ma jweġibx id-domandi ta’ Net News.
//= $special ?>