Ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna fuq livell Ewropew messet il-qiegħ…. Huwa ferm diżappuntanti li pajjiżna jibqa’ jinsiti li jmur kontra dak li qed timmira għalih il-kumplament tal-Ewropa.
Kliem il-Kap Eżekuttiv ta’ Birdlife Malta Mark Sultana meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fid-dawl tal-aħħar laqgħa li kien hemm tal-Kumitat Ornis fejn ittieħed vot favur il-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċaa fir-rebbiegħa.
Mark Sultana qal li l-gamiema tinsab fiċ-ċentru ta’ sforzi ta’ konservazzjoni mifruxa madwar l-Ewropa kollha ħlief f’Malta… fejn il-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa fuq dan l-għasfur protett mhux sostenibbli u jmri kontra dawn l-isforzi kollha li qed isiru madwar l-Ewropa.
Il-President ta’ Birdlife Malta Darryl Grima qal li Malta bħalissa qed taffaċċja proċeduri ta’ ksur f’livelli differenti fuq id-derogi kollha li huma l-insib għall-Pluviera u l-Malvizz, l-insib għall-għasafar tal-għana u l-kaċċ fir-rebbiegħa għas-summien u l-gamiema.
Huwa qal li l-Prim Ministru Robert Abela u l-Kabinett kollu suppost qegħdin hemm biex jaħdmu fl-interess tal-poplu Malti u jħarsu l-ambjent ta’ madwarna u mhux jaħdmu biss għal-klikka tagħhom.
Darryl Grima qal li quddiem dan kollu l-Kummissrju tal-Pulizija Angelo Gafa għandu l-obbligu li jara li jinżammu r-regoli filwaqt li ma jibżax mill-Ministru Clint Camilleri.
Min-naħa tiegħu l-Kap tal-Konservazzjoni ta’ Birdlife Malta Nicholas Briffa qal li għalkemm il-federazzjoni tal-kaċċaturi l-FKNK ressqet proposta tal-aħħar minuta biex jinfetaħ ukoll staġun tal-insib għall-gamiema, Birdlife insistiet li din il-proposta m’għandhiex titqiegħed għall-vot. Dan hekk kif l-insib imur kontra d-Direttiva Ewropea dwar l-għasafar għax hu metodu insostenibbli kif toqtol l-għasafar. Birdlife Malta fakkret kif il-vot tal-Kumitat ORNIS li ttieħed l-Erbgħa injora l-fatt li Malta qed taffaċċja diversi proċeduri ta’ ksur mibdija mill-Kummissjoni Ewropea.
//= $special ?>