Sport Sport Ieħor

Pool: Cospicua Dynamos jirbħu l-Easter Cup tal-ewwel u t-tieni diviżjoni

Cospicua Dynamos FC huma r-rebbieha tal-Easter Cup tal-kategorija l-Ewwel u t-Tieni Divizjoni organizzata mill-Malta Pool Association meta fil-finali Cospicua Dynamos għelbu lil Sixteen Seven Fgura bl-iskor konvincenti ta’ 11-6. Dynamos kisbu vantaġġ ta’ 4-1 fi tmiem l-ewwel sezzjoni u żammew l-istess ritmu biex għalqu t-tieni sezzjoni bl-iskor ta’ 8-2.

Sixteen Seven Fgura naqqas id-distakk għal 9-6 fit-tielet sezzjoni . Madankollu żewġ clearances mill-isbaħ ta’ Joseph Fiteni u Edmond Fenech taw rebħa mistħoqqa lit-tim Bormliz li niżżel ismu bħala rebbieh għall-ewwel darba f’ din il-kompetizzjoni ta’ żmien l-Għid.

It-tim ta’ Cospicua Dynamos FC kien magħmul minn Ray Caruana, Edmond Fenech, Darren Schembri, Antione Schembri, Liam Mifsud, Christian Grech u Joseph Fiteni.