Lokali Qorti

Seba’ xhur ħabs fuq tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni

Mara ta’ 48 sena residenti l-Qawra ġiet ikkundannata seba’ xhur ħabs mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace wara li ammettiet li kienet titlajja għal skopijiet ta’ prostituzzjoni f’Ta’Xbiex. Dan il-każ jmur lura għal aktar minn sitt snin. Fil-fatt hija kienet arrestata mill-Pulizija fl-20 ta’ Diċembru, 2016 għall-ħabta tal-11am.

Tracey Borg instabet ħatja wkoll li kisret ordni ta’ probation li kienet ingħatat f’Ottubru tal-2019 u li saret reċidiva. Intqal, li l-imputata naqset milli tħares għadd ta’ kundizzjonijiet imposti fuqha mill-Qorti, fosthom li żżomm kuntatt mas-Sedqa kull 15-il ġurnata minħabba l-vizzju tad-droga. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Hubert Gerada.