Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi f’Xatt Lascaris

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident ma’ karozza f’Xatt Lascaris, il-Belt Valletta għall-ħabta tas-1:00pm.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħ impatt bejn Nissan Leaf misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti Birżebbuġa u mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 36 sena residenti l-Furjana.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.