L-attriċi Spanjola Ana Obregon, famuża bħala protagonista fit-telenovelas, qed tkun ikkritikata ħafna wara li żvelat li hi, fl-età ta’ 68 sena, qed trabbi tarbija ( tifla) grazzi għall-proċess ta’ surrogacy.
Is-surrogacy jinvolvi proċess fejn mara taqbel biex iġġorr u twelled tarbija ‘għan-nom ta’ ħaddieħor’ u meta f’ħafna drabi – iżda mhux dejjem – dan isir għall-flus.
Fil-każ ta’ Obregon, is-‘surrogate mother’ hi residenti fl-Istati Uniti u meta l-liġijiet ta’ Spanja jipprojbixxu kull forma ta’ ‘surrogacy’.
L-uniku tifel ta’ Ana Obregon kien miet bil-kanċer fl-età ta’ 27 ssena u minn dak iż-żmien hi kienet sabitha diffiċli ħafna biex tiffaċċja l-ħajja.
Intant, il-ferment kollu qam wara li Obregón – li fl-aħħar snin tilfet ukoll lill-ġenituri – dehret fuq il-paġna tal-quddiem tal-ġurnal Hola hi u żżomm tarbija viċin ta’ sptar fil-belt ta’ Miami fi Florida.
//= $special ?>