Knisja Lokali

Wirja bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Għargħur

Matul il-ġranet li jwassluna sal-festa tal-Għid il-Kbir qed tittella’ Wirja tal-Passjoni fil-Maħżen tal-Kumitat tal-Festa fi Triq l-Oratorju, l-Għargħur.

Din il-wirja tinkludi vari tal-Ġimgħa l-Kbira kif ukoll Sepulkru maħdum minn Dennis Spiteri.

Il-wirja tkun miftuħa kuljum bejn il-5pm u t-8pm, f’Ħadd il-Palm bejn 8am u 12pm – 4.30pm u 10.30pm. Fil-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir bejn 8am u 12pm filwaqt li f’Ħamis ix-Xirka bejn il-5pm u 10:30pm