Iż-żewġ timijiet Maltin temmew il-fażi tal-gruppi tagħhom fit-tielet post tal-klassifika tal-European Blackball Association Nations Cup 2023 li qed issir fi Bridlington.
Wara dan ir-riżultat, kemm il-Men’s Team kif ukoll is-Seniors għaddew għal partita play-off qabel is-semifinali fejn b’rebħa huma jilagħbu għal mal-aħħar erbgħa tal-kompetizzjoni biċ-ċans ukoll li jisfidaw għall-unuri finali.
Sadanittant fil-ħames ġurnata ta’ kompetizzjonijiet fil-Men’s Malta tilfet kontra Skozja 15-10 għalkemm rebħet lill-Irlanda ta’ Fuq bl-istess skor. Wara kien hemm ukoll rebħa u telfa hekk kif wara li tilfu 13-12 kontra Wales f’logħba miftuħa għal kull riżultat, Malta għelbet lill-Irlanda 17-8.
Is-Seniors lagħbu żewġ partiti fejn wara telfa ta’ 13-12 kontra l-Irlanda ta’ Fuq, rebħu lill-Afrika t’Isfel 18-7.

KLASSIFIKA MEN’S A
Ingilterra 44, Skozja 42, Malta, Irlanda ta’ Fuq 33, Wales 35, Irlanda 23, Olanda 21, Shetland 19, Afrika t’Isfel 18, Ġibilta’ 13, Messiku 11, Awstralja 9, Belġju 5.
KLASSIFIKA – SENIORS
Ingilterra 31, Skozja 28, Malta, Irlanda ta’ Fuq 27, Wales 22, Irlanda, Awstralja 13, Afrika t’Isfel 8, Katalunja 7, Ġibilta’ 4.
//= $special ?>