Internazzjonali

Donald Trump se jiġi akkużat fuq flus li għadda bil-moħbi

Ma jaqtgħu xejn il-kontroversji marbuta mal-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump, hekk kif issa se jinfetħu proċeduri fil-Qorti rigward flus li għadda lill-eks stilla tal-porn Stormy Daniels.

Trump qed jiffaċċja aktar minn 30 akkuża relatati ma’ frodi, u din se tkun l-ewwel darba fl-istorja tal-Istati Uniti li President attwali jew eks President se jiffaċċja akkużi kriminali.

Trump mistenni jidher quddiem il-Qorti nhar it-Tlieta fi New York.

L-eks President tal-Istati Uniti bħalissa jinsab fi Florida u diġà stqarr illi hu jaf li mhux se jkun hemm smigħ ġust fil-Qorti fil-konfront tiegħu. Trump qed jgħid li din hi biss “persekuzzjoni politika”