Internazzjonali

Il-Vatikan: Il-Papa għandu joħroġ mill-isptar fi kwistjoni ta’ sigħat

Il-kundizzjoni tal-Papa Franġisku kompliet taqleb għall-aħjar wara li hu kellu jqatta’ l-aħħar ġranet fl-isptar ta’ Gemelli ta’ Ruma fejn kien trattat għall-effetti ta’ bronkite.

Fil-fatt – u wara li hu għadda mill-proċeduri kliniċi kważi kollha – mistenni li l-Papa joħroġ mill-isptar proprju għada s-Sibt u fejn ikun jista’ jinvolvi ruħu fl-aħħar fażi tat-tħejjijiet għall-Ħadd il-Palm.

Il-Kap tal-Kattoliċi, li għandu 86 sena, kien iddaħħal l-isptar nhar l-Erbgħa bi problemi tan-nifs iżda wara t-tobba ddikjaraw li ma kellux problemi tas-saħħa gravi.

Il-Papa, fl-aħħar jiem, kien kompla jaħdem mill-isptar u issa mistenni jirritorna fir-Residenza ta’ Santa Marija – li hi parti mill-kumpless tal-Vatikan – ladarba jsirulu l-aħħar eżeamijiet mediċi, ipprogrammati għal għada filgħodu