Knisja Lokali

Illum pajjiżna jiċċelebra l-festa ta’ Maria Addolorata

Pajjizna illum ifakkar Jum id-Duluri – ġurnata li f’Malta ilha tiġi ċċelebrata sa minn qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, imma żiedet sew fil-popolarità fit-tieni nofs tas-Seklu l-iehor.

Il-purċissjonijiet tradizzjonali tad-duluri f’pajjiżna ta’ kull sena kienu jiġbdu lejhom folol kbar li jimxu bl-akbar qima u fil-ġabra tat-Talb tar-rużarju, b’uħud jimxu wara d-Duluri – anke ħafja – biex iwettqu l-wegħdi tagħhom.

Skont dokumenti li jeżistu, jidher li l-perijodu tal-Covid kien l-ewwel darba li ġiet imħassra din il-kommemorazzjoni, bil-purċissjonijiet kollha ma jsirux minħabba r-restrizzjonijiet. Għalkemm kaġun tal-maltemp, il-purċissjoni tal-Belt ġieli ma saritx, jew minflok ħarġet f’Ħadd il-Palm.