Bandli kkulurit mimli b’diversi affarijiet sabiex it-tfal jieħdu pjaċir flimkien ma sħabhom.
Din hija l-atmosfera jekk wieħed imur f’Ġnien il-Paċi fil-Għargħur hekk kif il-Ġimgħa filgħodu ġie inawgurat bandli wara snin ta’ rinovazzjoni.
F’kummenti ma’ Net News is-Sindku tal-Għargħur Helen Gauci sostniet li tinsab kuntenta ħafna bir-riżultat ta’ dan il-proġett… proġett li joffri spazju miftuħ għat-tfal.

Helen Gauci qalet li l-prijorità tal-Kunsill hu li jkunu sostenibbli kemm jista’ jkun filwaqt li jkun hawn aktar spazji rikreattivi għal kulħadd.
Dan il-bandli għamel diversi snin magħluq wara li ġarrab ħsarat kaġun tal-elementi naturali tant li ma kienx għadu sigur għat-tfal.

