Rapport: Stewart Said
SIRENS………………………….. 14
VALLETTA IZIBET………….. 10
(4-1), (4-3), (4-3), (2-3)
It-tieni rebħa konsekuttiva għal Sirens f’konfront li fih rebħu meritatament. Kienu Valletta li fetħu l-iskor permezz ta’ Jayden Cassar iżda sa tmiem l-ewwel sessjoni, Sirens irnexxielhom idawru r-riżultat u marru 4-1 minn fuq. Il-vantaġġ kiber għal 6-1 fit-tieni sessjoni iżda reazzjoni minn Valletta naqqset id-distakk għal 7-4.
Sa nofs it-tielet sessjoni, id-distakk kien għadu ta’ tliet gowls iżda żewġ gowls konsekuttivi ta’ Matthew Sciberras u Mikhael Cutajar qatgħu lil Valletta. L-aħħar sessjoni kienet formalità, b’Valletta jirnexxilhom jirbħu s-sessjoni li madankollu ma kienx biżżejjed biex jevitaw it-telfa.
Sirens: T. Micallef, T. Perici Ferrante, K. Erdogan, J. Cachia, J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia (5), M. Chircop (3), W. Ruggier, G. Sammut, M. Cutajar (2), M. Sciberras (3), M. Azzopardi, M. Bonello Dupuis, K. Agius
Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, O. Zammit, J. Cassar (1), S. Busuttil (1), K. Borg (4), D. Paolella (1), J. Chircop, S. Micallef, A. Agius (3), M. Demarco, K. Cremona, A. Theuma
Referees: Alex de Raffaele, Neville Mercieca
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…… 19
BARRACUDAS…………………… 9
(6-3), (4-2), (5-2), (4-2)
Ebda diffikultà għal Birżebbuġa Freeport biex irritornaw għar-rebħ wara ż-żelqa kontra Ta’ Xbiex Amigos. Huma bdew fuq nota tajba b’erba’ gowls vantaġġ u minn hemm qatt ma kienu f’periklu li setgħu jitilfu l-punti.
F’nofs it-tieni sessjoni, Birżebbuġa kellhom vantaġġ komdu ta’ 10-3 u vantaġġ ta’ 13-5 lejn nofs it-tielet sessjoni. Barracudas ma setgħu jagħmlu xejn aktar ħlief li jippruvaw inaqqsu d-danni, bl-uniku konsolazzjoni tkun li sabu x-xibka disa’ darbiet.
Birżebbuġa: C. Borg, P. Borg (3), N. Cassar (3), B. Grech, K. Grech, N. Fenech, R. Spiteri (2), D. Farrugia (2), K. Tanti (7), G. Mannino (2), W. Mizzi, S. Livori, I. Galea, S. Bezzina
Barracudas: C. Bugeja, L. Paris Roding, A. Magri (2), P. Micallef, D. Ciantar (1), R. Sciortino, J. Bugeja (1), C. Attard, N. Majstorovic (1), S. Apap (1), A. Grima Scott, T.J. Mifsud (2), L. Abela, A. Falzon (1), J. Erdogan
Referees: Peter Balzan, Stefan Licari
OTTERS NIVEA……………………… 15
MARSAXLOKK BROWN’S…….. 10
(3-5), (4-2), (5-0), (3-3)
Otters Nivea kisbu t-tieni rebħa meta rkupraw wara bidu inċert. Huma kienu fi żvantaġġ ta’ 5-2 fl-ewwel sessjoni sakemm irkupraw fit-tieni sessjoni. L-ewwel ġabu d-draw għal 5-5 u reġgħu ġabu d-draw għal 7-7.
Huma prattikament aċċertaw mir-rebħa fit-tielet sessjoni b’ħames gowls mingħajr risposta, b’Mark Meli jiskorja tripletta. Otters ikkontrollaw l-aħħar sessjoni mingħajr diffikultà.
Otters: M. Xerri, D. Dimech, K. Scicluna, K. Micallef, M. Meli (5), A. Bianchi(4), I. Azzopardi (1), S. Dimech (2), L. Dimech (1), K. Saliba, M. Farrugia (1), A. Dimech (1), G. Gatt Ellis
Marsaxlokk: S. Mifsud, D. Cordina, B. Zammit, M. Aquilina (1), E. Bonnici (1), J. Valletta, M. Farrugia (1), J. Pawley (1), G. Gatt (2), C. Cutajar (3), J. Borg Tabone, S. Mifsud (1), M. Brimmer, A. Aquilina, R. Scerri
Referees: Massimo Angileri, Richard Magri
Kampjonat Premier
Logħob li jmiss
Is-Sibt 1 ta’ April: San Ġiljan v Exiles 4.05pm, Neptunes v Sliema 5.10pm
L-Ewwel Diviżjoni
Logħob li jmiss
Is-Sibt 1 ta’ April: Marsaskala v Ta’ Xbiex 3.00pm
//= $special ?>