Lokali

Mijiet jinżlu fit-toroq ta’ pajjiżna b’devozzjoni lejn ix-xbieha ta’ Maria Addolorata

Ritratt: Martin Agius

Illejla numru kbir ta’ devoti niżlu fit-toroq tal-Belt Valletta biex jimxu wara x-xbieha ta’ Maria Addolorata – b’ħafna jieħdu din l-okkażjoni biex jitolbu xi grazzja.

Folol kbar attendew ukoll purċissjonijiet oħrajn li saru wkoll f’diversi parroċċi, inkluż f’Għawdex.

Il-purċissjonijiet tradizzjonali tad-duluri f’pajjiżna ta’ kull sena kienu jiġbdu lejhom folol kbar li jimxu bl-akbar qima u fil-ġabra tat-Talb tar-rużarju, b’uħud jimxu wara d-Duluri – anke ħafja – biex iwettqu l-wegħdi tagħhom.

B’ħafna jiddedikaw din l-okkażjoni biex jitolbu xi grazzja jew bħala ġest ta’ maħfra hekk kif imxew wara l-vara tad-Duluri li ħarġet mill-Knisja ta’ Ġieżu u dahret mat-toroq tal-Belt.