Lokali

Quddiesa li fiha tfakkret il-memorja ta’ Robert Arrigo

Fid-Dar Ċentrali tal-PN, l-impjegati inġabru għall-quddiesa ta’ Jum id-Duluri fejn attendew il-ħaddiema ta’ Net Media u anke l-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, flimkien mal-impjegati tal-partit.

Il-quddiesa tmexxiet minn Fr Mark Enriquez u ghaliha kienu preżenti l-Kap tal-PN Bernard Grech, il-Viċi Kap Alex Perici Calascione, u s-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino.

F’din il-quddiesa tfakkret il-memorja tad-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo illi miet f’Ottubru li għadda. Preżenti, fil-fatt, kien hemm il-mara ta’ Robert Arrigo, Marina Arrigo.

Iċ-ċelebrazzjoni tad-Duluri tagħti bidu għall-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa, li jkomplu nhar il-Ħadd bil-festa ta’ Ħadd il-Palm u jilħqu l-qofol tagħhom f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir.

Dawn mistennija jkunu wkoll jiem impenjattivi għall-Kap tal-PN innifsu li jkollu l-opportunita’ jżur diversi lokalitajiet li fihom isiru attivitajiet tal-Ġimgħa Mqaddsa.