Lokali

Tifla fost dawk li ttieħdu l-Isptar wara inċident f’Ħ’Attard

Tliet persuni, fosthom tifla ta’ 7 snin, ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu involuti f’inċident fi Triq il-Linja, Ħ’Attard.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li għal xi raġuni, is-sewwieq tal-karozza li kienet misjuqa minn raġel ta’ 44 sena tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:15 ta’ waranofsinhar.

Fil-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn wara li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq u liż-żewġ passiġġieri fl-istess karozza, mara ta’ 38 sena u tifla ta’ 7 snin, huma ttieħdu l-Isptar għal iktar kura.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.