Lokali Qorti

Żagħżugħa ta’ 15-il sena tinżamm arrestata wara li attakkat lil ommha

Tfajla ta’ 15-il sena nżammet arrestata nhar wara li ġiet akkużata li attakkat u weġġgħet gravi lil ommha. It-tifla, li tressqet il-Qorti taħt arrest, ċaħdet l-akkużi. L-Ispettur Sherona Buhagiar infurmat lill-Qorti li kienet qattgħet sigħat mas-servizzi tal-protezzjoni tat-tfal sabiex tinstab akkomodazzjoni alternattiva għat-tifla.

B’ommha bid-dmugħ nieħel minn għajnejha tħares lejn it-tifla, l-Qorti ġiet infurmata li minkejja l-isforzi tal-prosekuzzjoni, l-ebda qraba oħra ma riedu jaċċettaq lill-minuri biex jieħduha magħhom. Il-Qorti qalet li għalhekk ma baqgħet l-ebda għażla ħlief li żżomm lill-minuri, peress li ma jagħmilx sens li jkollha tgħix taħt l-istess saqaf ma’ ommha sakemm jinstema’ l-każ. Għalhekk hija nżammet taħt arrest preventiv. Il-każ se jkompli quddiem il-qorti tal-minorenni.