Is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tas-6:30, Pollakk ta’ 36 sena residenti l-Gżira, waqa’ mill-irdum ta’ Ħad-Dingli. Hu ġie fi trejqa ftit metri l-isfel.
Il-Pulizija flimkien ma’ tim mediku u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post sabiex jassistu. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>