Futbol Sport

Bayern Munich fl-ewwel post wara rebħa fuq ir-rivali Borussia Dortmund

(Ritratt: EPA)

Bayern Munich telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Bundesliga wara li f’partita diretta għelbu lir-rivali Borussia Dortmund 4-2, b’Dortmund jinżlu fit-tieni post żewġ punti wara Bayern.

Bayern fil-vantaġġ wara tlettax il-minuta permezz ta’ żball tal-goalkepper Gregor Kobel li f’tentattiv li jtajjar il-ballun ma’ laqatx sew u spiċċa fix-xibka tiegħu stess. Thomas Muller skorja darbtejn oħra fl-ewwel taqsima għal skor ta’ 3-0. Kingsley Coman għamel l-iskor 4-0 fil-ftuħ tat-tieni taqsima, biex penalty ta’ Emre Can u gowl ta’ Donyell Malen għamlu l-iskor finali 4-2.