Iż-żewġ timijiet Maltin tal-Men’s u tas-Seniors temmew l-avventura tagħhom fl-EBA Nations Cup 2023 fi Bridlington meta sfaw eliminati fis-semifinali kontra l-Iskozja.
L-aħħar ġurnata ta’ dan it-turnament bdiet bl-aħjar mod possibbli meta ż-żewġ timijiet Maltin rebħu l-konfronti rispettivi tagħhom kontra l-Irlanda bil-Men’s jirbħu b’mod komdu 13-5 u bis-Seniors jiksbu l-kwalifikazzjoni wkoll wara skor ta’ 13-9.
Minkejja kollox, il-mixja tal-Maltin waqqfet proprju fis-semifinali kontra l-Iskozja meta il-Men’s ġew megħluba 13-7 filwaqt li s-Seniors tilfu 13-4.
Malta kellha żewġ timijiet tal-irġiel. Is-sitt plejers li rrappreżentaw lil Malta fil-Men’s kienu Claudio Cassar, Owen Amato, Gary Carr, Johan Attard, Mevrick Zammit u Stephen Mangion. Il-kowċ kien Clevion Micallef.
It-tim tas-Seniors kien magħmul minn Jesmond Schembri, Clint Grima, Christopher Demicoli, Conrad Catania, Lee Grima, u Antoine Aquilina. Il-kowċ kien Philip Gatt li hu wkoll president tal-Malta Blackball Federation u li kien qed imexxi d-delegazzjoni.
//= $special ?>