Sport Sport Ieħor

Darts: Finali Ħamruniża fit-tournament 5-a-side

Ħamrun Bayern A u Ħamrun Education huma l-finalisti tal-5-a-side tournament wara li rebħu wkoll it-tieni leg tas-semifinali.

Wara li fl-ewwel leg rebħu 4-1, Ħamrun Education rebħu 5-0 fit-tieni leg kontra BIrżebbuġa Lions biex b’hekk għamluha għall-finali b’aggregate ta’ 9-1.

Mhux l-istess kien l-andament tas-semifinali l-oħra hekk kif Ħamrun Bayern A rebħu darbtejn 3-2 kontra PO’s Bar Gudja u għalhekk kienu żewġ logħbiet missielta li fl-aħħar mill-aħħar interbħu mill-Ħamruniżi bi skor finali ta’ 6-4.

Il-finali bejn Ħamrun Education Bar u Ħamrun Bayern A se ssir nhar it-Tlieta li ġej fil-klabb ta’ Żejtun Laċċi.