Fiorentina kisbu rebħa mhux mistennija meta f’San Siro għelbu lil Inter 1-0. Il-gowl li kien deċiżiv f’din il-partita wasal fit-53 minuta permezz ta’ Giacomo Bonaventura.
Intant f’partita oħra, rebħa importanti għal Juventus f’darhom fuq Verona bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl. Kien propju fit-tieni taqsima meta l-partita kienet deċiża permezz ta’ gowl skorjat minn Moise Kean fil-55 minuta.
Atalanta kisbu rebħa ta’ 3-1 barra minn darhom għand Cremonese u komplew isaħħu t-tamiet tagħhom li jiksbu post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej. Marten De Roon poġġa lil Atalanta fil-vantaġġ fl-44 minuta, b’Daniel Ciofani jġib l-iskor indaqs permezz ta’ penalty. Jeremie Boga u Ademola Lookman skorjaw dawk li kienu l-gowl importanti għall-rebħa ta’ 3-1.
//= $special ?>