Lokali

“Il-wirjiet ta’ arti sagra jżommu ħajja t-tradizzjonijiet Maltin” – Bernard Grech

Ninsabu biss ftit jiem qabel il-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa… ġimgħa li matulha nfakkru l-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Ġesu Kristu.

Is-Sibt filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech akkumpanjat mis-Sinjura AnneMarie Grech għamlu żjara fil-Sede tas-Societa Filarmonica Nazionale La Valette fl-Belt Valletta fejn hemmhekk bħalissa qed tittella’ wirja ta’ arti sagra bl-isem ‘Tristi Momenti’.

Mal-wasla tiegħu huwa ntlaqa’ fost l-oħrajn mill-President tas-Societa Jonathan Grima kif ukoll minn membri tal-Kumitat.

F’din il-wirja ta’ arti sagra hemm nurmu ta’ esebizzjonijiet ta’ Ramon Camilleri MckAy kif ukoll ta’ Mario Micallef. Net News tkellem ma’ Mario Micallef, li għat-tielet sena, qed itella’ wirja ta’ vari tal-Ġimgħa l-Kbira fis-sede tas-Societa Filarmonica Nazionela La Valette.

Il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li wirjiet bħal dawn iżommu ħajja t-tradizzjoni u l-kultura Maltija. Fejn f’dan iż-żmien tas-sena l-Maltin u l-Għawdxin jingħaqdu flimkien sabiex ifakkru l-iktar festa għal-Knisja Kattolika,

Preżenti mal-Kap tal-PN kien hemm l-MEP Nazzjonalsista David Casa, id-Deputati Paula Mifsud Bonnici u Charles Azzopardi kif ukoll il-Minority Leader fi ħdan il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta Christian Micallef.