Lokali

Jissoktaw it-tħejjijiet għall-parata tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Birgu

Jissoktaw il-preparamenti għall-parata li se ssir tul il-jum tal-Ġimgħa l-Kbira mill-membri tal-Għaqda Pasiune Hristos bl-għajnuna tal-Arċipriet Dun Karm Busuttil.

Għal din il-parata il-fundatur Charles Attard ħaseb biex għall-ewwel darba jagħmel iċ-cheriot li fuqu ser ikun hemm iċ-ċenturjun.

Max-xatt tal-Birgu ser issir ukoll xena fejn is-suldati jakkumpanjaw liċ-ċenturjun fejn imbagħad it-tifel taċ-ċenturjun jagħtih ix-xetru u wara ċ-ċenturjun jħabbat mal-bieb tal-Knisja.

Il-parata se tkun qed tibda minn Couvre Porte.

Charles Attard ukoll qed itella’ wirja ta’ vestwarju tal-Ġimgħa l-Kbira li jintuża’ fil-purċissjoni tal-Birgu.

Il-wirja qed tittella’ fi Triq San Ġorġ.