Basketball Sport

Kampjonat St. James Hospital Nisa U/23: Starlites jibdew il-finali b’rebħa drammatika

Colin Schembri

Starlites………78

Hibernians……77

(13-17)(13-16)(19-19)(22-15)(10-9)

Fl-ewwel finali tal-kampjonat tan-nisa ta’ taħt it-23 sena, Starlites kellhom rebħa drammatika kontra Hibernians biex marru 1-0 minn fuq. Hibs kienu għal ħin twil minn fuq tul il-partita u saħansitra bdew l-aħħar minuta 65-59 minn fuq però Starlites baqgħu jemmnu u wara li salvaw il-partita għal ħin barrani, ħadu r-rebħa bl-aħħar shot tal-partita. B’diversi players li jilgħabu wkoll fil-kampjonat nazzjonali, kienu Hibs li għamlu l-ewwel punti tal-parita b’Mikela Riolo twieġeb għal Starlites b’5 punti. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin qabel ma Hibs kellhom trippla minn Kelly Conti flimkien ma’ Jasmine Abela u Julija Dabix biex marru 13-9 minn fuq. Wara li Starlites ippareġjaw bil-punti ta’ Riolo u Michela Zammit Cordina, Hibs għamlu l-aħħar żewġ baskets tat-taqsima għal sjor ta’ 17-13. Fit-tieni perjodu Hibs kabbru l-vantaġġ wara trippla oħra ta’ Conti flimkien mal-punti ta’ Dabic. Starlites ukoll kellhom trippla oħra minn Riolo però Dabic u Caruna ħallew lil Hibs fuq quddiem 28-26. Sal-intervall, Hibs komplew iżommu l-vantaġġ wara t-tielet trippla ta’ Conti għal skor ta’ 33-26.

Fit-tielet sessjoni Hibs fetħu vantaġġ ta’ 10 punti però Starlites malajr wettqu reazzjoni u kellhom run ta’ 9-2 li rathom jaslu sa’ 4 punti ‘l bogħod 37-41. Hibs kellhom trippla minn Abela u komplew bil-punti ta’Conti u Caruana biex temmew it-taqsima 52-45 minn fuq. Sat-tielet minuta tal-aħħar perjodu, Hibs fetħu vantaġġ massimu ta’ 12 -il punt meta bdew bi break ta’ 7-2 bi trippla ta’ Britney Agius. Starlites wieġbu b’żewġ three pointers minn Riolo u Zammit Cordina però sa’ nofs is-sessjoni Hibs kienu għadhom fuq quddiem 63-55. Il-punti naqsu f’dawn l-aħħar minuti biex basket ta’ Dabic ħalla lil Hibs 65-59 minn fuq b’inqas minn minuta fuq l-arloġġ. Fl-aħħar 38 sekonda, Riolo għamel seba’ punti fosthom trippla fl-aħħar attakk biex għamlet l-iskor indaqs 67-67. Fil-ħin barrani l-ebda team ma rnexxielhu jiftaħ xi vantaġġ però għal darb’oħra kienu Hibs li bdew l-aħħar nofs minuta basket minn fuq 74-72. Hawn waslet trippla oħra ta’ Riolo però risposta mmedjata minn Abela ħalliet lil Hibs punt minn fuq. Kien għad fadal biss ftit sekondi u l-aħħar pussess kien ta’ Starlites b’Michela Zammit Cordina tikkonkludi eżatt qabel il-horn finali biex tat ir-rebħa lil Starlites 78-77.

StarlitesE, Degiorgio, M. Riolo 32, J. Micallef, K. Mifsud 6, M. Zammit Cordina 19, A. Saliba 4. M. Fenech 6, N. Caruana, C. Cilia 2, L. De Martino 6, M. Sciberras 2.

HiberniansK. Caruana 21, J. Abela 10, B. Agius 10, K. Conti 12, J. Gauchi, J. Dabic 23, M. Mendez.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi.