Formula 1 Sport

Max Verstappen fuq quddiem fl-Awstralja

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen se jkun qed jibda fuq quddiem nett fil-Grand Prix tal-Awstralja wara li għeleb l-isfida taż-żewġ sewwieqa ta’ Mercedes George Russell u Lewis Hamilton li se jkunu qed jibdew mit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Fernando Alonso u Carlos Sainz se jibdew fir-raba’ u l-ħames pożizzjoni b’ Lance Stroll se jibda mis-sitt post. Charles Leclerc ta’ Ferrari se jibda mis-seba’ post u se jkun segwit minn Alexander Albon. Pierre Gasly u Nico Hulkenberg se jibdew mid-disa’ u l-għaxar post. Intant it-tellieqa tal-Ħadd tibda fis-7.00am ħin ta’ Malta.