ŻEBBUĠ R………….1
VALLETTA………….5
Żebbuġ R: M. Chetcuti, H. Motta (W. R. Santos 73′), S. Bugeja, L. Almeida, T. Bartolo (J. Sciberras 46′), C. L. Ngoy, R. Sanchez, J. Macedo (A. Mizzi 77′), M. Soto, S. Miloskovic (K. Bondin 46′), J. Gesualdi (R. Vella 73′)
Valletta: C. Formosa, E. Ruiz, A. Zammit, S. Dimech (Z. Barbara 62′), N. Soares (L. Cremona 62′), C. Gauci, F. Falcone, B. Paiber, R. Muscat (S. MacKay 57′), N. Nnomo (J. Mallia 77′), E. Sala (T. Caruana 57′)
Skorjaw: F. Falcone 7′, 47′, A. Zammit 26′, 87′, B. Paiber pen 56′ (V), S. Bugeja 89′ (Ż)
Imwissija: H. Motta 22′, J. Gaetano 55′ (Ż), B. Paiber 22′, C. Gauci 71′ (V)
Referee: Matthew De Gabriele
Assistenti Referees: Mitchell Scerri u Max-Lee Muscat
BOV PLejer tal-Logħba: Nnomo Ngong (Valetta)
Valletta telgħu momentarjament fis-seba’ post b’rebħa konvinċenti ta’ 5-1 fuq Żebbuġ Rangers. Din it-telfa tkompli żżid il-pressjoni għaż-Żebbuġin li issa jittamaw li Santa Lucia jiżolqu kontra Floriana biex minkejja t-telfa jkunu żammew il-post tal-play-off għal ġimgħa oħra.
Mill-ewwel minuti Valletta urew l-intenzjonijiet tagħhom u wara biss seba’ minuti Federico Falcone b’daqqa ta’ ras għeleb lil Chetcuti.
Fis-26 minuta Valletta skorja it-tieni gowl meta minn korner mogħti minn Nnomo Ngong kien Andrea Zammit li bir-ras kompla għal ġewwa bl-ewwel taqsima tintemm 2-0 favur it-tim immexxi minn Thane Micallef.
Għaddew biss żewġ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima u Federico Falcone għaqqad doppjetta personali meta minn korner ieħor din id-darba ta’ Nilton Soares, l-Arġentin reġa’ kien fil-post il-preċiż u b’daqqa ta’ ras oħra għeleb lil Chetcuti.
Valletta ingħataw penalty fil-55 minuta meta Nilton Soares kien imwaqqa’ fil-kaxxa minn Joseph Jesualdi biex mill-11-il metru kien Brandon Paiber li ma żbaljax u skorja r-raba’ gowl għall-Beltin.
Andrea Zammit ukoll għaqqad doppjetta personali fis-87 minuta meta waħdu quddiem il-goalkeeper ta’ Żebbuġ ma żbaljax.
Żebbuġ skorjaw il-gowl tal-bandiera minuta wara meta kien Shaun Bugeja li bir-ras għeleb lil Cain Fromosa għal skor finali ta’ 5-1 favur Valletta.
//= $special ?>