“Il-flus spiccaw f’bir bla qiegħ, u ħadd ma jaf fejn marru – sal-lum Steward ħadu b’kollox madwar 450 miljun ewro.”
Hekk stqarr il-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija Martin Balzan f’intervista li sartilu waqt il-programm ‘Andrew Azzopardi on 103’.
Waqt din l-intervista, Martin Bazlan għamel referenza għall-fatt li Steward iddeċidew li jippubblikaw l-accounts tagħhom issa, wara s-sentenza li ngħata mill-Qorti.
Huwa kkonferma li bħalissa hemm swali li qed joperaw mill-canteen fl-Isptar Mater Dei. Hekk kif l-influss ta’ barranin f’pajjiżna u l-fatt li n-nies qed jgħixu aktar, qed iwasslu biex id-domanda għas-servizzi tas-saħħa, tiżdied. Iżda dwar dan, il-Gvern ma ħejja ebda pjan.
Filwaqt illi qal li hemm bżonn investiment fl-infrastruttura tal-Isptar Mater Dei, qal li d-Dipartiment tal-outpatients huwa żgħir wisq, fejn il-problema hija fin-numru ta’ kmamar mhux in-nuqqas ta’ tobba.
Martin Balan fakkar illi minn dak kollu li wegħdu Vitals u Steward ma sar kważi xejn.
Il-President tal-MAM qal ukoll illi Ram Tumuluri, id-Direttur tal-Vitals, kien blacklisted… u għalhekk huwa ta’ tħassib li l-Gvern xorta daħal fi ftehim miegħu.
//= $special ?>