Futbol Sport

Sirens jikkonfermaw posthom fil-Premier b’rebħa fuq Gudja

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Rowen Camilleri

GUDJA U………..0

SIRENS………………1

Gudja U: G. Zammit, J. Bolanos,J. Mintoff, (J. Bezzina 65’), V. Plut, S. Attard ( N. Navarrette 63’), T. Nagamatsu, ,A. James, N. Micallef, K. Micallef, Z. F. Romero ( J. Attard 83’), S. Gomes

Sirens: A. Cassar, G. Camilleri, K. Sano , R. Tachikawa, S. Cipriott (M. Perriera 71’), A. Borg, J. Walker (A. Vella 86’), A. Vaikainah, A. Cini ( D. Jackson 72’), D. R. Correa, I. Kolev

Skorjaw: I. Kolev 62 (S)

Tkeċċew: I. Kolev 64′ (S), J. Bolanos 64′, J. Bezzina 90+5′ (G)

Referee: Emanuel Grech

Assistenti Referees: Thomas Debono u Jareth Grima

BOV Plejer tal-logħba: Jacob Walker (Sirens)

B’rebħa ta’ 1-0 fuq Gudja United, Sirens ikkonfermaw posthom fil-Kampjonat BOV Premier hekk kif kellhom bżonn biss punt minn dan il-konfront. Barra minn hekk huma laħqu lill-avversarji fid-disa’ post bi 28 punt. Fit-tieni taqsima, minbarra l-gowl tar-rebħa minn Ivan Kolev, il-partita kienet ikkareterizzata minn tliet tkeċċijiet, tnejn għal Gudja u oħra għal Sirens.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet minn Sirens wara tmien minuti bix-xutt ċentrali ta’ Rei Tachikawa jkun milqugħ faċilment minn Glenn Zammit.

Fis-26 minuta Rei Tachikawa tilef ċans tad-deheb meta wara li rċieva mingħand Jacob Walker, minn taħt il-lasta il-Ġappuniż tefa barra b’din tkun l-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima li ftit offriet spettaklu.

Gudja ħarġu fuq l-offensiva fit-tieni taqsima u wara għaxar miuti logħob Vito Plut impenja lil Andrea Cassar b’xutt b’saħħtu, bil-goalkeeper ta’ Sirens jilqa’ parzjalment bix-xutt ta’ Samuel Gomez ikum imblukkat mid-difiża.

Sirens skorjaw il-gowl li kellu jkun dak li thom ir-rebħa fit-62 minuta meta minn azzjoni mibdija mill-plejer tal-logħba Jacob Walker, dan għadda lejn Rei Tachikawa li żmarka tajjeb lil Ivan Kolev li mill-viċin ma żbaljax u tefa’ wara Zammit.

Ftit minuti wara ir-referee Emanuel Grech keċċa plejer fuq kull naħa, lill-awtur tal-gowl ta’ Sirens Ivan Kolev u lil Juan Bolanos ta’ Gudja wara argument sħun.

Gudja marru l-aktr viċin li jiksbu d-draw fil-65 minuta meta x-xutt tal-eks difensur ta’ Ħamrun Spartans Karl Micallef ħabat mal-mimduda.

Ftit sekondi qabel it-tmiem Johann Bezzina ta’ Gudja wkoll tkeċċa wara li kien muri t-tieni karta safra biex ftit wara Emanuel Grech saffar tmiem il-partita bit-tliet punti jmorru għand it-tim minn San Pawl il-Baħar.