SLIEMA WANDERERS………6
ŻEJTUN CORINTHIANS…..0
Sliema Wanderers ikkonfermaw id-dominju tagħhom dan l-istaġun wara li b’rebħa kbira ta’ 6-0 fuq Żejtun Corinthians saru matematikament champions tal-BOV Challenge League. B’din it-telfa Żejtun baqgħu fit-tielet post tal-klassifika wara t-telfa ta’ Tarxien Rainbows kontra Naxxar Lions.
Il-Wanderers fetħu l-iskor fit-33 minuta permezz tal-eks Mosta Goeffre Acheampong biex minuta biss wara kien Neil Frendo li rdoppja għat-tim immexxi minn Paul Zammit bl-ewwel taqsima tintemm 2-0 favurihom.
It-tielet gowl ta’ Sliema wasal fit-53 minuta permezz ta’ Lydon Micallef biex ħames minuti wara Miguel D’Alessandro għamilhom erbgħa.
Sliema ma kienux kuntenti b’dan ir-riżultat u fid-79 minuta reġa kien Lydon Micallef li skorja l-ħames gowl Slimiż u t-tieni wieħed personali biex żewġ minuti qabel id-90 Neil Frendo wkoll għaqqad doppjetta personali u skor finali ta’ 6-0 favur Sliema Wanderers.
