Sport Sport Ieħor

Table Tennis: Julia Bonnici u Danny Scicluna jirbħu d-deheb fil-kampjonat tal-Juniors U11

Luke Bonello u Anthea Cutajar rebħu l-logħbiet kolha fil-kategorija tal-mixed doubles U19

Matul din il-ġimgħa ngħata bidu għall-kampjonat nazzjonali tat-table tennis fil-kategorija Juniors fil-Padiljun tal-Universita’ f’Tal-Qroqq.  

F’din l-ewwel ġurnata kienu fl-azzjoni plejers maskili u femminili ta’ taħt il-11-il sena kif ukoll dawk ta’ taħt id-19-il sena.  

Julia Bonnici spikkat fil-kategorija ta’ taħt il-11-il sena meta rebħet il-logħbiet kollha li lagħbet u kisbet ukoll il-midalja tad-deheb. Anke Alexis Degiorgio kellha wirja tajba wara sensiela ta’ riżultati pożittivi fl-istess kategorija. 

Fis-subien ta’ taħt il-11-il sena, Danny Scicluna kiseb il-midalja tad-deheb filwaqt li Adam Zammit rebaħ il-fidda wara li kisbu riżultati tajbin fil-logħbiet li lagħbu.  

Finalment fil-Mixed Doubles ta’ taħt id-19-il sena, Luke Bonello u Anthea Cutajar kellhom rekord perfett meta rebħu l-logħbiet kollha li lagħbu.