Għawdex Lokali

Tinħass theżżiża f’Għawdex wara terremot qrib il-Greċja

Tinħass theżżiża oħra fil-Gżejjer Maltin hekk kif il-Ġimgħa ċ-Ċentru Sismiku li jinsab fl-Università ta’ Malta rreġistra terremot tas-saħħa 5.2 fuq l-iskala Richter.

Dan it-terremot ġie rreġistrat fil-baħar Eġew ferm qrib il-Greċja għall-ħabta tal-4:00 ta’ waranofsinhar. Bosta persuni rrappurtaw li ħassew dan it-terremot fejn l-aktar rapporti li saru kienu mill-Gżira Għawdxija.

Matul ix-xahar ta’ Marzu ġew irrappurtati diversi terremoti qrib Malta b’mod partikolari fl-Italja u lejn in-naħat tal-Greċja…żoni li huma ferm qrib ta’ Malta. Uħud minn dawn it-terremoti nħassew minn diversi persuni iżda ma ġarrbu l-ebda ħsarat.