Lokali

Tirritorna l-Fiera l-Kbira li se tkun akbar minn qatt qabel

Wara nuqqas ta’ 3 snin minħabba l-pandemija l-Fiera l-Kbira se tirritorna din is-sena fejn se tkun akbar minn qatt qabel fejn tfal, żgħażagħ, adulti kif ukoll l-annimali żgur se jieħdu pjaċir.

Dan hekk kif is-Sibt waranofsinhar saret it-tnedija għal din il-fiera li hija tant popolari mal-Maltin. Flimkien mal-organzzaturi oriġinal żdiedu DANUSAN li b’differenza għal edizzjonijiet tal-passat se jkunu qed jerġgħu jieħdu l-fiera għan-nostalġija tal-fiera tan-Naxxar.

Għal din is-sena l-fiera l-kbira se ssir Montekristo bejn is-6 u s-16 ta’ Lulju li ġej.

Il-fiera se tkun maqsuma f’16-il sezzjoni differenti fosthom Leisure and Adventures, Pet Areas, Family Business, Weddings and Events, Tech Hub, Career Hub kif ukoll The Book Fest.

Waqt it-tnedija intqal li dawn is-sezzjonijiet żgur se jinteressaw il-viżitaturi fejn kull kull individwu se jieħu esperjenza minn kull sezzjoni.

Barra minn hekk, fil-Fiera l-Kbira se jkun hemm divertiment li se joffri esperjenza mill-isbaħ għall-viżitaturi hekk kif kuljum se tagħlaq b’kunċert. L-ikel varjat waqt din il-fiera mhux se jonqos.

Mis-7:00 ta’ filgħaxija ‘il quddiem se jintrebħu diversi rigali wara li l-viżitaturi jkollhom jagħmlu xi attivitajiet sabiex jindħlu fiċ-ċans li jirbħu

Għal dawk kollha li jixtiequ jieħdu l-kelb magħhom se jkun hemm żona apposta b’dog park sabiex jiddevertu huma wkoll. Apparti minn hekk se jkun hemm żona għat-tfal fejn jistgħu jiddevertu sakemm il-ġenituri jduru l-kumplament tal-fiera.