Futbol Sport

Wirja ta’ champions minn Ħamrun Spartans

(Ritratt: Joseph Galea)

BALZAN…………….0

ĦAMRUN S……….4

Balzan: J. Debono, I. Bozovic, S. Arab, M. Grima (G. Farrugia 87′), P. Fenech, A. Torres, A. Satariano (M. Nogureira 46′), N. Braunovic (N. Zerjal 46′), M. Raso, A. Andrejic (B. Mladenovic 56′), B. Kaljevic (J. Grech 87′)

Ħamrun S: H. Bonello (A. Curmi 72′), R. Prsa, K. Holmberg (S. Xerri 77′), E. Bruno, O. Bjelicic, J. Corbalan (B. Buhagiar 77′), J. Robert (J. Soares 63′), E. Marcelina, R. Camenzuli, E. Mashike, L. Montebello (J. Mbong 63′)

Skorjaw: L. Montebello 21′, 30′, E. Mashike 40′, E. Bruno 69′ (Ħ)

Imwissija: I. Bozovic 47′, P. Fenech 60′ (B)

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Luke Portelli u Kurt Saliba

BOV Pleyer tal-Logħba: Luke Montebollo (Ħamrun Spartans)

Ic-champions tal-futbol Malti Ħamrun Spartans ikkonfermaw il-qawwa tagħhom dan l-istaġun meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Balzan 4-0. Għal Balzan din it-telfa kienet xi ftit ta’ daqqa ta’ ħarta hekk kif issa intlaħqu minn Mosta fir-raba’ post wara li aktar kmieni dawn tal-aħħar għelbu lil Gżira United.

Ħafna ħasbu li Nisevic se jkun qed jagħmel xi bidliet drastiċi fl-ewwel ħdax però tħallew barra biss Guillaumier, Mbong u Steve Borg minħabba li kienu mpenjati f’żewġ logħbiet mat-tim Nazzjonali Malti.

Ħamrun fetħu l-iskor fil-21 minuta permezz ta’ Luke Montebello biex l-istess plejer irdoppja disa’ minuti wara.

L-aqwa skorer tal-Ispartans Elvis Mashike skorja t-tielet gowl ta’ Ħamrun biex l-ewwel taqsima ntemmet f’vantaġġ komdu ta’ 3-0 għall-iskwadra mmexxija minn Branko Nisevic.

Ħamrun baqgħu l-aħjar tim fil-pitch u fid-69 minuta saħansitra skorjaw ir-raba’ din id-darba permezz ta’ Bruno Ederson.

Plejer ta’ Ħamrun jiċċelebraw wieħed mill-gowls f’rebħa ta’ 4-0 kontra Balzan (Ritratt: Joseph Galea)