Mara ta’ 32 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident li seħħ bejn żewġ karozzi fi Triq l-Għarb, l-Għasri għall-ħabta tas-2:15pm.
L-ewwel karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 36 sena filwaqt li passiġġiera kien hemm il-mara ta’ 32 sena u t-tifel ta’ tliet snin, kollha mix-Xewkija. Is-sewwieq tat-tieni karozza kien raġel ta’ 34 sena u passiġġiera fl-istess karozza kien hemm mara ta’ 30 sena, it-tnejn mill-Fontana.
Fil-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku fejn taw l-ewwel għajnuna tagħhom lill-vittmi kollha involuti. Is-sewwieqa u l-passiġġiera kollha ttieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal iktar kura.
It-tifel ta’ tliet snin ma sofra mill-ebda ġrieħi filwaqt li t-tliet persuni l-oħra sofrew minn ġrieħi ħfief.
Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech qiegħda tmexxi inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>