Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta li seħħet ma’ karozza fi Triq il-Kosta għall-ħabta tan-12:30pm.
Fil-post marru il-Pulizija fejn mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti San Pawl il-Baħar u karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena residenti l-Fgura.
Tim mediku taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur u iktar tard ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Hemmhekk u ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>