Futbol Sport

Birkirkara jiddominaw lil Hibernians u jitilgħu fit-tieni post tal-klassifika

(Ritratt: Joseph Galea)

BIRKIRKARA ……………. 5
HIBERNIANS ……………. 0

Birkirkara: A.Sylla, C.Attar, A.Coppola, K.Zammit, O.Iorio, D.Ribeiro (M.Gambin 80’), S.Zibo, Y.Yankam (N.Micallef 72’), P.Mbong (K.Fenech 80), E.Cabrera (J.P. Farrugia 72’), A.Ciolacu (K.Tulmieri 59’)
Hibernians: I.Kone, F.Apap (A.Traore 46’), A.Agius, G.Lleren, K.Shaw, Z.Grech (M.Vallejo 84’), A.Diakite, B.Kristensen, G.Mensah (E.Herrera 77’) J.Robinho (D.Vella 77’) Y.Muritala (J.Grech 33’)
Refereee: M.Spiteri

Birkirkara telgħu fit-tieni post tal-klassifika b’rebħa konvinċenti u dominanti ta’ 5-0 kontra Hibernians. Huma fetħu l-iskor fir-raba’ minuta permezz ta’ Andrea Ciolacu qabel fl-20 minuta huma għamluhom tnejn, b’gowl din id-darba skorjat minn Alessandro Coppola. Ftit qabel in-nofs siegħa logħob Birkirkara skorjaw it-tielet gowl meta kien Paul Mbong li daħal fil-kaxxa u għeleb lil Kone għal 3-0.

Biex fit-48 minuta huma għamluhom erba’ b’Paul Mbong jiskorja doppjetta personali. Birkirkara għamluhom ħamsa fit-58 minuta meta min cross ta’ Denis Ribeiro reġa’ kien Andrea Ciolacu li xeħet fix-xibka għal skor finali ta’ 5-0.