Il-Papa Franġisku mistenni li jkun parti miċ-ċelebrazzjoni li se ssir illum fil-Vatikan għall-Ħadd il-Palm.
Dan ikkonfermah il-kelliem għall-Vatikan, Matteo Bruni għalkemm qal li se jkun il-Kardinal Leonardo Sandri li se jmexxi din iċ-ċelebrazzjoni li tibda fl-10am.
Fl-aħħar sigħat il-kundizzjoni tal-Papa Franġisku kompliet taqleb għall-aħjar wara li hu kellu jqatta’ l-aħħar ġranet fl-isptar Gemelli fejn kien trattat għall-effetti ta’ bronkite. It-tobba sabuh tajjeb li joħroġ mill-isptar il-bieraħ.
Ix-xogħol tal-Papa ma waqafx kemm dam l-Isptar, anzi ra li baqa’ qalb in-nies u jgħin kif jista’. Fil-fatt, il-Ġimgħa, għalkemm kien għadu rikoverat l-isptar, huwa żar id-Dipartment tal-Onkoloġija tat-tfal, fejn għammed tifel bl-isem ta’ Miguel Angel.
Il-mument li ħareġ mill-isptar, il-Papa, minflok baqa’ sejjer lejn il-Vatikan biex jistrih, hu mar fil-Basilika ta’ Santa Marija Maggiore għal mumenti ta’ talb.
//= $special ?>