Knisja Lokali

Illum il-Knisja tiċċelebra Ħadd il-Palm

Illum il-Knisja Kattolika tfakkar Ħadd il-Palm, illi huwa l-aħħar Ħadd qabel l-Għid il-Kbir. U allura, dan ifisser il-bidu taċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Ġimgħa Imqaddsa.

F’din il-ġurnata, l-insara jiftakru il-ġrajja tal-mewt ta’ Kristu – mid-dħul f’Ġerusalemm, sal-passjoni.

Ħafna knejjes iqassmu fergħat tal-palm lill-insara li jinġabru fil-knejjes għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm.

Skont l-istorja, mhemmx data eżatta dwar meta bdiet tiġi ċċelebrata il-festa ta’ Ħadd il-Palm.

Deskrizzjoni ddettaljata ta’ ċelebrazzjoni proċessjonali tal-palm ġiet irreġistrata kmieni fis-seklu 4 f’Ġerusalemm. Għalkemm din il-festa bdiet tiġi osservata fil-Punent aktar tard fis-seklu 9.